Saturday, December 21, 2024

Tfajla arrestata fl-ajruport wara sejba ta’ 90 kapsula droga kokaina

Aqra wkoll

Tfajla ta’ 25 sena mir-Repubblika Domenikana ġiet arrestata t-Tnejn li għadda mal-wasla tagħha f’Malta, b’titjira diretta minn Madrid, Spanja. 

Waqt tfittxija fuq din it-tfajla nstabu 90 kapsula ta’ droga suspettata kokaina fl-ammont ta’ madwar 900 gramma, b’valur fit-triq ta’ kważi €120,000. Hija qiegħda tinżamm fil-lockup fil- Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija, il-Floriana għall-aktar stħarriġ. 

Din hija t-tieni sejba ta’ droga kokaina fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta fi ftit jiem. 

Dwar dan il-każ infetħet inkjesta Maġisterjali mmexxija mill-Maġistrat Dr Lara Lanfranco, fejn ħatret diversi esperti. 

Kemm il-Pulizija kif ukoll id-Dipartiment tad-Dwana qed jintensifikaw it-tfittxijiet tagħhom fuq dawn it-titjiriet li ġejjin minn Madrid, anke permezz ta’ klieb imħarġa għal dan l-iskop. 

Illum, il-Pulizija ser tressaq lit-tfajla l-Qorti, għal xi l-10 a.m, quddiem il- Maġistrat tal-Għassa Dr Claire Stafrace Zammit LL.D. 

Ekonomija

Sport