Saturday, May 18, 2024

Maħtura l-coaches tat-team nazzjonali tal-handball tan-nisa U/24

Aqra wkoll

Daniel Tabone u Rebecca Bonello ġew maħtura bħala coach tat-team nazzjonali u assistenta coach tal-għażla nazzjonali tan-nisa ta’ Taħt l-24 Sena.

It-tnejn huma coaches kwalifikati bi snin ta’ esperjenza fil-logħba tal-handball bħala players u coaches ta’ diversi timijiet lokal­ment.

Matul dan l-istaġun tal-handball, l-għażla nazzjonali tan-nisa ta’ Taħt l-24 Sena se tkun qed tipparteċipa fil-kampjonat tal-Ewwel Diviżjoni tan-nisa, u tipprovdi lill-players l-opportunita’ li jilagħbu aktar logħbiet u jitħarrġu wkoll fuq bażi regolari.

Lista tal-players magħżula se titħabbar fil-jiem li ġejjin.

Sport