Saturday, May 4, 2024

Lewandowski jittama li ma jkunx hemm politika fir-rigward tal-Ballon D’Or 2021

Aqra wkoll

L-attakkant ta’ Bayern Munich, Robert Lewandowski ħeġġeġ lill-votanti tal-Ballon d’Or 2021 biex sempliċement jagħżlu l-aħjar player fid-dinja u ma jivvutawx bl-ebda forma ta’ aġenda.

Lewandowski kien il-favorit assolut li jirbaħ il-premju s-sena l-oħra, wara li skorja 55 goal fil-kompetizzjonijiet kollha fl-Ewropa, biss ra lill-FIFA tħassar il-premju minħabba l-pandemija tal-Covid-19.

Huwa jibqa’ wieħed mill-kandidati ewlenin biex jieħu l-premju prestiġjuż fl-2021, u Lewandowski qal f’konferenza stampa li jemmen li s-suċċess tiegħu ma’ Bayern għandu jpoġġih f’pożizzjoni tajba biex finalment jirbaħ il-premju.

“Huwa diffiċli għalija li ngħid kemm il-wirjiet importanti mat-team nazzjonali se jkunu fil-kuntest tal-Ballon d’Or,” huwa qal. “Ovvjament, kwalunkwe wirja tajba tista’ ssaħħaħ il-pożizzjoni tiegħi.

“Il-mistoqsija hi, aħna ninkludu l-2020, meta l-Ballon d’Or ġie kkanċellat, kif ukoll x’qed jiġri fl-2021?

“Bħala team, u individwalment … is-suċċess kollu li ksibna. Ma naħsibx li stajt nagħmel aktar, apparti s-suċċess tat-team nazzjonali ovvjament. Urejt li jien player li qed jaħseb dwar il-Ballon d’Or.

“Ikun ta’ kburija kbira, unur ta’ veru. Is-sempliċi fatt li jien fost il-favoriti fl-era ta’ Leo Messi u Cristiano Ronaldo, li ilhom tant ma jistgħux jintlaħqu, jimlini bi kburija vera. Nittama li mhux se jkun hemm politika f’dan kollu u l-voti jikkunsidraw biss dak li l-player kiseb fl-aħħar staġun. Jew, fl-aħħar żewġ staġuni, skond kif qed ninterpretaw l-ediz­zjoni ta’ din is-sena.”

Mhux ta’ b’xejn, Lewandowski diġà ilu jiskorja l-goals din is-sena. Huwa rnexxielu jiskorja 13 f’10 ħarġiet biss – it-tip ta’ forma li ġeneralment player jirbaħ il-Ballon d’Or.

Flimkien mal-iskorer ta’ Bayern, Karim Benzema ta’ Real Madrid, huwa kandidat ewlieni ieħor għall-unur, filwaqt li bħal dejjem Messi u Ronaldo se jkunu t-tnejn fid-diskussjoni.

Sport