Saturday, December 21, 2024

Tfajla li ispirat bosta persuni tmut wara li kienet ilha snin tikkumbatti kundizzjoni rari

Aqra wkoll

Tifla li misset il-qlub ta’ bosta persuni sfortunatament tilfet ħajjitha wara li kienet ilha tikkumbatti kundizzjoni rari ħafna sa mit-twelid.

Adalia Rose, tfajla ta’ 15-il sena minn Texas ġewwa l-Amerka, kellha l-Progeria iżda qatt ma ħalliet li din taffettwaha tant li kienet tispira bosta persuni permezz tal-filmati li kienet ittella’ fuq il-midja soċjali fejn fihom kienet taqsam uħud mill-affarijiet li kienet tagħmel f’ħajjitha.

Fil-fatt hekk kif fl-aħħar sigħat ingħatat l-aħbar li tilef ħajjitha, bosta persuni li kienu jsegwuha ddeskrivewha bħala persuna ta’ ispirazzjoni kbira. Fost l-oħrajn l-ammiraturi tagħha qalu li misset ħafna nies permezz tal-filmati tagħha fejn b’mod speċjali spikka l-messaġġ li wieħed m’għandu qatt jieħu xejn bħala stat ta’ fatt.

Persuni oħra li tkellmu qalu li hija għallmithom ħafna dwar il-valur tal-ħajja u d-determinazzjoni li tibqa’ għaddej fil-ħajja minkejja t-tbatija li jaf tiltaqa’ magħha tul it-triq.

Il-kundizzjoni ta’ Progeria twassal biex il-ġisem jixjieħ b’rata ta’ tmien darbiet iżjed min-normal u huwa mifhum li din hija estremament rari fejn taffettwa madwar 500 ruħ madwar id-dinja.

Il-familja tagħha qasmet l-aħbar devastanti mas-segwaċi tagħha fejn innutaw li ħalliet impatt fuq kull min kien jafha. Huma rringrazzjaw lil kull min kien iħobbha u jagħtiha kull tip ta’ sapport, filwaqt li rringrazzaw lit-tobba u l-infermieri li ħadmu qatigħ tul dawn l-aħħar snin biex jgħinuha.

Ekonomija

Sport