Sunday, May 5, 2024

Tfajla Maltija magħjra li mhix ‘maltese breed’ minħabba l-kulur tal-ġilda

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Martha Attard, tfajla Maltija li qed tikkontesta għal Miss World Malta 2020, sfat vittma ta’ kliem dispreġjattiv u razzist fejn saħansitra ġiet mgħajjra li mhix ‘maltese breed’. Dan għaliex din it-tfajla hija ta’ karnaġġjon skur u għalhekk kien hemm min sostna li mhux ġust li tirrappreżenta lil Malta.

Dan il-kumment qajjem kontroversja sħiħa fuq il-midja soċjali fejn bosta urew ir-rabja lejn dan il-kumment tant li uħud iddeskrivewh bħala tassew xokkanti li tfajla ġiet mgħajjra bħallikieku kienet xi razza ta’ xi annimal (breed). Bosta kkummentaw ukoll li għax persuna jkollha karnaġġjon skur ma jfissirx li ma tistax tkun Maltija, kif fil-fatt hija Martha.

B’reazzjoni għal dan, Martha kitbet fuq il-profile personali tagħha ta’ Facebook li hija Maltija u li tħossha kburija.

Sport