Monday, May 20, 2024

Il-Greċja tmur lura mid-deċiżjoni li tiftaħ it-titjiriet lejn ir-Renju Unit

Aqra wkoll

Il-Greċja mhix se tkun qiegħda tiftaħ il-fruntieri tagħha għal titjiriet li jkunu ġejjin mir-Renju Unit u dan għal aktar milli kien mistenni. 

Ilbieraħ, il-Gvern Grieg ħabbar li se jkun qed jestendi t-twaqqif tat-titjiriet lejn ir-Renju Unit sal-15 ta’ Lulju. Barra hekk, ħadet l-istess deċiżjoni fir-rigward tal-Iżvezja. 

Din ma kinitx l-ewwel darba li l-Greċja biddlet il-politika dwar viżitaturi mir-Renju Unit sa minn meta bdiet tneħħi r-restrizzjonijiet. Filwaqt li l-pajjiż se jiftaħ għat-turiżmu minn għada, l-1 ta’ Lulju, it-turisti Ingliżi mhux se jitħallew jidħlu. 

Madankollu, dawn ir-restrizzjonijiet ma jwaqqfux lit-turisti milli jmorru fil-Greċja. Fil-fatt, dawk li jtiru mir-Renju Unit lejn xi pajjiż ieħor u minn hemm imorru l-Greċja se jitħallew jidħlu bla problemi. 

Il-Greċja hi destinazzjon popolari ħafna għall-Ingliżi matul is-sajf. Diversi linji tal-ajru, bħall-EasyJet, Ryanair u Wizz Air diġà għamlu pjani ta’ titjiriet bejn ir-Renju Unit u diversi ajruporti fil-Greċja. 

Sport