Sunday, December 22, 2024

Tfajla ta’ 15-il sena stuprata ripetutament… il-pulizija Indjana tarresta 28 persuna

Aqra wkoll

L-awtoritajiet Indjani qed jinvestigaw każ fejn tfajla ta’ 15-il sena allegatament kienet ripetutament stuprata minn gang għal madwar disa’ xhur.

Il-Pulizija fil-belt ta’ Mumbai arrestaw 28 persuna b’rabta mal-allegati stupri, li bdew f’Jannar.

Rapporti qalu li dan kollu beda meta l-għarus ta’ din it-tfajla stupraha u ffilmja dan l-inċident. Mhux biss dak li ġara kien diġà każ xokkanti fih innifsu talli rapporti żiedu jgħidu li l-għarus u sħabu użaw il-filmat biex jirrikattawha biex ikollha x’taqsam magħhom.

L-awtoritajiet qalu li li dawn il-każijiet ta’ stupri ġraw f’subborgi differenti ta’ Mumbai, inklużi Dombivili, Badlapur, Murbad u Rabale.

It-tfajla fl-aħħar irrappurtat il-każ lill-pulizija l-Erbgħa filgħaxija.

Fl-2020, l-Uffiċċju Nazzjonali Indjan li jiġbor informazzjoni tal-pajjiż dwar il-kriminalità rreġistra 28,046 każ ta’ stupru – jew kważi 77 każ kuljum.

Ekonomija

Sport