Saturday, December 21, 2024

Tfal b’diżabbiltà ‘abbandunati’ f’istituzzjonijiet Ukreni

Aqra wkoll

Il-gwerra bejn ir-Russja u l-Ukrajna qed tkompli tħalli effetti gravi u toħroġ l-insensittività umana li jikkawża kull kunflitt li jseħħ bl-armamenti bejn il-pajjiżi konċernati. Riflessjoni ta’ dan kollu issa bdiet tidher ukoll fost dawk li minħabba ċirkustanzi u kundizzjonijiet diversi mhumiex kapaċi jieħdu ħsieb tagħhom infushom. 

Ftit tal-jiem ilu ħareġ fil-beraħ ukoll li eluf ta’ tfal Ukreni b’diżabilità ġew minsija u qed jitħallew abbandunati f’istituzzjonijiet li ma jistgħux jieħdu ħsiebhom.

L-organizzazzjoni tad-drittijiet tal-bniedem, Disability Rights International, wettqet investigazzjoni u sabet għadd ta’ tfal b’diżabbiltà severa marbutin ma’ sodod fi djar tat-tfal li mhux biss kienu ffullati imma wkoll ma setgħux ilaħħqu mal-bżonnijiet tagħhom.

Il-BBC ingħata aċċess esklussiv għal istituzzjoni minn dawn fil-Punent tal-Ukrajna, fejn tfal b’diżabilità mil-Lvant tal-pajjiż tħallew waħedhom u abbandunati minħabba li dawk li kienu jieħdu ħsiebhom beżgħu mill-gwerra u ħarbu lejn pajjiżi ġirien.

Ekonomija

Sport