Tuesday, December 24, 2024

“Tfal jispiċċaw mingħajr omm u b’missierhom il-ħabs minħabba femiċidju”

Il-Membru Parlamentari Laburista Katya De Giovanni

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-intervent tagħha, il-Membru Parlamentari Laburista Katya De Giovanni qalet li r-riperkussjonijiet tal-femiċidju huma aktar minn qtil iżda saħansitra joħloq sitwazzjoni ta’ terrur u tnaqqis ta’ libertà fost il-bniet u n-nisa fil-ħajja ta’ kuljum.

“Din it-tip ta’ vjolenza timmilta wkoll kontra n-nisa bħala riżors uman tal-pajjiż u tnaqqsilhom mill-ħiliet tagħhom kemm fil-familja u fil-komunità li jgħixu fiha. Għaldaqstant il-femiċidju jaffettwa fir-realtà lil kulħadd mill-kbir saż-żgħir. Biss biss, it-tfal ta’ nisa maqtulin mis-sieħeb tagħhom jesperjenzaw effetti fit-tul minħabba li l-ġenitur minnhom ikun mejjet u l-ieħor jispiċċa l-ħabs,” qalet De Giovanni. “Ħafna drabi dawn it-tfal ikollhom iħallu d-dar tagħhom biex jgħixu ma’ xi ħadd ieħor u jkollhom identità mittiefsa bħala t-tifel jew it-tifla ta’ qattiel.”

Kompliet tgħid li issa li għandna soċjetà li hija multikulturali rridu naħsbu wkoll f’ċertu eventwalitajiet. “Nafu li hawn komunitajiet fostna li r-reliġjon tagħhom jaf tiddetta ċertu restrizzjonjiet minħabba t-twemmin. Ċertu femiċidji għalhekk jistgħu jseħħu minħabba adulterju, relazzjoni sesswali jew inkella tqala barra ż-żwieġ.”

“Min joqtol jagħmel hekk sabiex jipproteġi r-reputazzjoni tal-familja inkella sabiex isegwi  t-tradizzjoni jew b’xi mod jinterpreta reliġjon tiegħu b’mod saħansitra iktar estrem.”

De Giovanni qalet li l-Għaqda Dinjija tas-Saħħa tindika li huwa stmat li hemm madwar 5,000 femiċidji ta’ dan it-tip kull sena li jiġru l-aktar fil-Lvant nofsani u l-Asja t’isfel iżda qed jiġru wkoll fl-Ewropa għax dan għandna l-fenomenu tal-immigrazzjoni.

“Irridu ninsistu fuq l-edukazzjoni tal-immigranti li jagħżlu lil pajjiżna sabiex ifittxu ażil. li nistrieħu fuq din il-liġi sabiex nagħtu eżempju hu pass importanti ħafna iżda li nipprevjenu milli jkollna nużawha huwa dak li jaħseb fuqu l-Gvern Laburista b’mod progressiv.”

Ekonomija

Sport