Monday, July 13, 2026
Home Internazzjonali Tfal Palestinjani qegħdin jiffaċċaw ġenoċidju minn Iżrael

Tfal Palestinjani qegħdin jiffaċċaw ġenoċidju minn Iżrael

- Kummissjoni tal-Ġnus Magħquda

0
8

Kummissjoni tal-Ġnus Magħquda li wettqet inkjesta f’Iżrael ikkonkludiet li Iżrael qiegħed ikompli jwettaq ġenoċidju fix-Xatt tal-Punent hekk kif kompla joqtol aktar tfal.

Fir-rapport ġie nnuktat li l-miri ta’ Iżrael fil-gwerra kienu fuq ċentri tal-kura għat-trabi tat-twelid u ċentri ta’ nisa tqal. Minħabba dawn l-attakki, mijiet kbar ta’ ommijiet tilfu lill-uliedhom fl-ewwel xhur tat-tqala tagħhom. 

Aktar minn hekk, instab ukoll li eluf kbar ta’ tfal mietu bil-ġuħ minħabba li Iżrael ma ħalliex għajnuna umanitarja tidħol f’Gaża.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here