Tuesday, May 14, 2024

Tfieq mill-kanċer u tagħmel 104 maratoni konsekuttivi f’daqstant jiem

Aqra wkoll

Mara li bdiet tiġri wara li tilfet sieqha x-xellugija minħabba l-kanċer kisbet post fil-Guinness Book of Records għall-aktar maratoni konsekuttivi.

Jacky Hunt-Broersma, ta’ 46 sena ġriet 26.2 mili kuljum minn nofs Jannar, u normalment kull maratona kienet toħdilha ħames sigħat.

Nhar is-Sibt, hija temmet il-104 maratoni konsekuttivi tagħha f’daqstant jiem – kisba li tistenna li tkun iċċertifikata mill-Guiness Book of Records.

Kelliem qal li ċ-ċertifikazzjoni tar-rekord se tieħu madwar tliet xhur.

Li tqum il-Ħadd – fl-aħħar ġurnata ta’ mistrieħ – kienet esperjenza stramba għal Jacky.

“Parti minni kienet tassew kuntenta li tlestiet,” qalet mid-dar tagħha f’Arizona. “U l-parti l-oħra baqgħet taħseb li għandi bżonn immur niġri.”

Ġisimha wkoll qed jirkupra mill-isforz ta’ ġiri rekord, minkejja li issa temmet din is-serje ta’ maratoni.

Iżda Jacky – li twieldet u trabbiet fl-Afrika t’Isfel, u għexet ukoll fl-Ingilterra u l-Olanda – hija tassew grata, għax il-ġiri taha lura l-fiduċja li beżgħet li qatt ma setgħet terġa’ tikseb.

Fl-2002, tobba fl-Olanda ddijanjostikawha b’tip rari ta’ kanċer tal-għadam.

Fi żmien ġimagħtejn, amputawlha sieqha x-xellugija biex isalvawlha ħajjitha. Kellha biss 26 sena. Għall-ewwel ftit snin, Jacky tħabtet ma’ din il-bidla drsatika f’ħajjitha. Kienet rrabjata li kellha l-kanċer u mistħija li tkun differenti. Fil-fatt hija kienet tilbes qliezet twal fil-pubbliku biex in-nies ma jindunawx b’sieqha prostetika

Sport