Bħalissa għaddejja tfittxija intensiva fit-Tramuntana tal-Awstralja hekk kif qed jiġi rrapportat li tifel ta’ 12-il sena seta’ ġie attakkat minn kukkudrill.
It-tifel deher l-aħħar it-Tlieta li għadda waqt li kien qed jgħum qrib il-belt remota ta’ Palumpa.
L-awtoritajiet lokali qalu li l-pulizija bagħtet tim speċjalizzat ta’ tfittxija u salvataġġ wara li “rapporti inizjali qalu li tifel kien attakkat minn kukkudrill.”
Huma qed jiġu megħjuna minn uffiċjali oħra u anke esperti li għaddejjin b’ħidma kemm fuq l-art kif ukoll fil-baħar.
Fl-aħħar sena, f’dan it-territorju kien hemm tal-inqas żewġ attakki oħra minn kukkudrilli, b’tifel ta’ disa’ iweġġa’ waqt li kien qed jgħum fil-Park Nazzjonali ta’ Kakudu u bidwi jweġġa’ f’Ottubru li għadda iżda b’xorti tajba rnexxielhom isalvaw.
Fi Queensland iżda kien hemm sensiela ta’ attakki fatali ta’ kukkudrilli f’dawn l-aħħar snin, bl-aħħar wieħed ikun tifel ta’ 16-il sena li nqatel f’Torres Strait f’April li għadda.