Tuesday, March 11, 2025

‘Tħalli lil ħadd iwaqqfek milli temmen li m’intix tajjeb biżżejjed, anzi użah bħala mezz biex turi x’taf’ – James Brincat

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn mindu kont żgħir dejjem kont niġri bil-ballun miegħi u fl-etá ta’ erba’ snin, il-ġenituri daħħluni fin-nursery ta’ Mosta F.C. u ma ħaristx lura.

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Tarxien Rainbows FC.

Esperjenza sabiħa speċjalment meta għandek grupp ta’ plejers li lesti li jaħdmu għal xulxin.

X’tikkummenta fuq l-andament tat-tim matul dan l-istaġun sa issa?

It-tim hu magħqud, sibna ħafna ostakli imma qegħdin naħdmu flimkien għal għan wieħed.

X’inhuma t-tragwardi tagħkom għal dan l istaġun?

Bla dubju, li Tarxien jerġgħu jiksbu promozzjoni lura fil-Malta Premier u li nirbħu ċ-Challenge League Cup.

Kif tqis il-livell tal-futbol Malti fil-preżent u kif rajtu jinbidel tul is-snin?

Naħseb li tul is-snin, il-livell tal-futbol Malti sar ħafna aktar ibbilancċat fejn kull logħba saret kruċjali għax kwalunkwe tim jista’ jtellfek il-punti u jniżżlek iżjed ‘l isfel fil-klassifika.

U dak tar-riżorsi (grawnds) fejn titħarrġu u tilagħbu l-logħob kompetittiv tagħkom?

Kemm il-grawnd fejn nitħarrġu u dawk tal-logħob – il-Victor Tedesco Stadium u s-Centerary Stadium huma grawnds tajbin grazzi għall-investimenti li saru fihom. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

Inħares b’ottimiżmu għall-futur biex inkompli naħdem u ntejjeb il-kwalitá ta’ futbol li nilgħab.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Dejjem kun dixxiplinat u agħti l-massimu tiegħek. Tħalli lil ħadd iwaqqfek milli temmen li m’intix tajjeb biżżejjed, anzi użah bħala mezz biex turi x’taf!

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport