Mike Tyson ħabbar li qed isofri minn uġiegħ tax-xjatika liema kundizzjoni xi kultant tħallih li ma jistax jitkellem.
Ix-xahar li għadda ġew pubblikati ritratti ta’ dan il-leġġendarju tal-boxing f’siġġu tar-roti fl-Ajruport Internazzjonali ta’ Miami u kien qed ukoll juża bastun biex jimxi.
Ħafna hum mħassba għas-saħħa ta’ Tyson li għandu 56 sena u minn dak iż-żmien żvela li x-xjatika hija l-unika kundizzjoni tas-saħħa li jbati minnha bħalissa.
Huwa sostna: “Qed insofri mix-xjatika kull tant żmien. Meta titfaċċa, lanqas biss inkun nista’ nitkellem! L-uġiegħ ikun ferm qawwi.”
Tyson sofra bosta problemi tad-dahar matul il-karriera tiegħu u kellu jirtira mill-ġlidiet professjonali fl-2005 minħabba injury.