Friday, September 30, 2022

Il-Kanċillier tal-Ġermanja “irritat” li t-Turkija trid tissieħeb f’għaqda  tas-sigurtà ddominata mir-Russja u ċ-Ċina

Aqra wkoll

Il-Kanċillier tal-Ġermanja Olaf Scholz qal li huwa jinsab “irritat ħafna” dwar l-attentati tat-Turkija li tissieħeb fi grupp ta’ sigurtà Ċentru Ażjatiku li huwa ddominat mir-Russja u ċ-Ċina. 

Dan seħħ wara li nhar is-Sibt li għadda l-President Tork Tayyip Erdogan qal li qiegħed ifittex li pajjiżu jissieħeb f’dik magħrufa bħala Shanghai Cooperation Organisation (SCO) u dan minkejja li t-Turkija hija wkoll parti min-NATO.

Fid-dawl ta’ dan kollu, meta kien qiegħed jitkellem fl-Assemblea Ġenerali tan-Nazzjonijiet Uniti fi New York wara laqgħa ma’ Erdogan Scholz qal li, “din [l-SCO] mhix xi organizzazzjoni li qiegħda tagħti kontribut importanti għall-koeżistenza globali.”

Intant fuq tema separata waqt dan id-diskors Scholz qal li kull referendum li jista’ jsir f’territorju tal-Lvant tal-Ukrajna li fil-preżent tinsab f’idejn ir-Russja mhux se jkun aċċettat. Scholz qal ukoll li hemm possibbiltà li r-Russja se terġa’ tipprova twaqqaf l-esportazzjoni tal-qamħ mill-Ukrajna – xi ħaġa li l-Ġermanja u t-Turkija qed jipprovaw jipprevjenu.

Ekonomija
Delicious

Sport