Sunday, September 27, 2026
Home Sport Laver Cup: Carlos Alcaraz ipoġġi lil Team Europe fil-vantaġġ ta’ 7-5 kontra...

Laver Cup: Carlos Alcaraz ipoġġi lil Team Europe fil-vantaġġ ta’ 7-5 kontra Team World

0
298

Carlos Alcaraz kien il-protagonist ewlieni tat-tieni jum tal-Laver Cup meta salva żewġ match points u għeleb lil Taylor Fritz 6-3, 4-6, 13-11 biex żamm lil Team Europe fil-vantaġġ. L-Ispanjol, li ma kienx lagħab partita tas-singles minn meta tilef kontra Ben Shelton fil-kwarti-finali tal-US Open, beda b’saħħtu u rebaħ l-ewwel set b’faċilità. Madankollu, Fritz irnexxielu jirritorna fil-logħba permezz ta’ prestazzjoni aktar konsistenti fit-tieni set.

It-tie-break deċiżiv kien mimli tensjoni, bi Fritz jasal darbtejn viċin ir-rebħa. Meta l-Amerikan kellu match point, Alcaraz salva l-ewwel b’ace impressjonanti u t-tieni b’drop shot mill-aqwa. 

Aktar tard, l-Ispanjol ħataf l-opportunità tiegħu biex jagħlaq il-konfront u jtemmu rebbieħ. Huwa temm il-partita b’42 winner kontra 20 ta’ Fritz, filwaqt li qanqal l-entużjażmu tal-folla preżenti fl-O2 Arena ta’ Londra.

Qabel, Team World kienu ħadu momentum permezz tar-rebħiet ta’ Alex de Minaur kontra Alexander Zverev u ta’ Learner Tien kontra Flavio Cobolli. 

Madankollu, Team Europe reġgħu ħadu l-kontroll grazzi għar-rebħa ta’ Alcaraz u suċċess fid-doubles ta’ Zverev u Casper Ruud. 

B’hekk, l-Ewropa daħlu fl-aħħar ġurnata b’vantaġġ ta’ 7-5 u b’tama li jirbħu s-sitt titlu tagħhom fil-Laver Cup.

Min jikseb l-ewwel 13-il punt jirbaħ dan l-unur.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here