Thursday, December 26, 2024

Tħassib dwar l-idea ta’ tnaqqis fiċ-ċensura fuq is-sit Twitter

Aqra wkoll

Il-biljunarju Elon Musk laħaq ftehim biex jixtri s-sit soċjali Twitter, u dan bil-wegħda li jnaqqas iċ-ċensura minn fuq din il-pjattaforma. 

Għadd ta’ gruppi li jitkellmu favur id-drittijiet umani esprimew it-tħassib tagħhom dwar din il-wegħda ta’ Musk hekk kif skonthom jekk ikun hemm nuqqas ta’ ċensura dan jista’ jżid l-ammont ta’ kliem ta’ mibegħda.  Bosta kienu dawk li staqsew ukoll jekk dan ifissirx li l-kontijiet li kienu ġew sospiżi hux se jkunu qed jerġgħu jiddaħħlu; ewlenin fosthom il-kont tal-eks President tal-Istati Uniti Donald Trump.

Fil-passat Musk kemm-il darba ddefenda d-dritt tal-libertà tal-kelma, u argumenta li Twitter għandu jkun pjattaforma ġenwina li tippermetti dan.

Ekonomija

Sport