Monday, October 5, 2026
Home Sport Tħassib kbir dwar l-injury tan-Norveġiż Erling Haaland

Tħassib kbir dwar l-injury tan-Norveġiż Erling Haaland

0
49

Erling Haaland qajjem tħassib kbir dwar injury li sofra wara li kellu jinbidel fis-67 minuta fit-telfa tan-Norveġja 2-1 kontra l-Portugall fil-UEFA Nations League. 

L-attakkant ta’ Manchester City, li skorja seba’ goals dan l-istaġun, għamel sinjal lill-bank biex jinbidel u issa hemm dubji dwar il-kundizzjoni tiegħu qabel il-konfront kontra Liverpool nhar il-Ħadd.

In-Norveġja fetħu l-iskor fis-36 minuta permezz ta’ Kristoffer Ajer, iżda Joao Cancelo kiseb id-draw żewġ minuti wara b’xutt spettakolari. Goncalo Ramos imbagħad skorja l-gowl tar-rebħa 11-il minuta mit-tmiem.

Il-Portugall spiċċaw jilagħbu b’10 players wara t-tkeċċija ta’ Francisco Conceicao, iżda kiseb ir-raba’ rebħa konsekuttiva u kkonferma postu mal-aħħar tmienja. 

Il-Portugall jinsabu sitt punti fuq id-Danimarka fil-quċċata ta’ Grupp A4, filwaqt li n-Norveġja sofrew it-tielet telfa konsekuttiva u jinsabu fl-aħħar post.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here