Monday, October 5, 2026
Home Sport UEFA Nations League: Player Iżraeljan akkużat li allegatament beżaq lejn coach Irlandiż

UEFA Nations League: Player Iżraeljan akkużat li allegatament beżaq lejn coach Irlandiż

0
51

Il-coach tal-fitness tal-Irlanda, Damien Doyle, ilmenta li allegatament player Iżraeljan mhux identifikat beżaqlu waqt konfront fil-mistrieħ tad-draw ta’ 1-1 bejn iż-żewġ timijiet fil-UEFA Nations League, liema partita ntlagħbet fis-Serbja.

Il-logħba kienet mimlija tensjoni, b’relazzjonijiet diffiċli bejn iż-żewġ pajjiżi minħabba l-kunflitt f’Gaza. L-Irlanda kienet ittrasferiet il-logħba f’darha lejn is-Serbja minħabba tħassib dwar is-sigurtà. Qabel il-konfront, il-players Irlandiżi ma ħadux b’id l-avversarji u baxxew rashom waqt l-innu Iżraeljan.

Il-coach, Heimir Hallgrimsson, ikkonferma l-allegazzjoni u faħħar lill-players tiegħu talli żammew il-kalma biex is-sitwazzjoni ma eskalatx. Il-UEFA qalet li ma rċeviet l-ebda lment uffiċjali u għalhekk ma setgħetx tieħu azzjoni.

L-FAI qed tinvestiga wkoll allegat abbuż lejn Adam Idah minn partitarji Iżraeljani. 

L-Irlanda tinsab it-tielet fi Grupp B3, filwaqt li l-Iżrael għandhom bżonn jirbħu iż-żewġ logħbiet li fadallu.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here