Saturday, September 14, 2024

Theo Hernandez se jġedded ma’ Milan

Aqra wkoll

Rapporti fil-gazzetti Taljani qed jgħidu li d-difensur xellugi Theo Hernandez se jkun qed iġedded il-kuntratt tiegħu ma’ AC Milan għal sentejn oħra. Il-ftehim attwali jiskadi f’Ġunju 2026 iżda l-klabb Rossonero hu kuntent bil-wirjiet ta’ dan il-plejer minn Franza u lesti li jestendulu l-kuntratt tiegħu.

Hernandez jinsab kuntent ukoll f’Milanello. Hu ngħaqad magħhom fis-sena 2019 u minn dakinhar ‘l hawn lagħab 156 partita u skorja 27 gowl.

Ekonomija

Sport