Sunday, November 24, 2024

Thibaut Courtois mhux se jilgħab fil-Euro 2024

Aqra wkoll

Il-goalkeeper Belġjan, Thibaut Courtois, eskluda lilu nnifsu mill-finali tal-Euro 2024 tas-sajf li ġej, erba’ xhur wara li sofra injury serja fl-irkoppa waqt it-taħriġ.

In-numru wieħed ta’ Real Madrid ta’ 31 sena, bħalissa jinsab barra mill-azzjoni wara li ċarrat il-ligamenti  tal-cruciate anterjuri f’irkopptu tax-xellug, f’Awwissu.

“Minħabba l-injury, xorta waħda mhux se jkun hemm Kampjonat Ewropew għalija,” qal Courtois.

“Jekk inkun xortija tajba, nista’ nilgħab partita oħra f’Mejju. Iżda mbagħad qatt ma tista’ tkun 100 fil-mija lest għal tournament kbir.”

Il-vetrina tal-football Ewropew tibda fil-Ġermanja fl-14 ta’ Ġunju.

Il-Belġju – li bħalissa huma klassifikati fir-raba’ post fir-rankings tad-dinja tal-FIFA – s’issa ġew draw fi Grupp E mas-Slovakkja u r-Rumanija.

It-tħabbira ta’ Courtois issegwi wkoll tilwima mal-coach tat-team, Domenico Tedesco, li rat lill-goalkeeper jirrifjuta li jilgħab logħba ta’ kwalifikazzjoni fl-Estonja f’Ġunju wara li ġie injorat bħala assistent captain.

Fil-kummenti tiegħu Courtois skuża ruħu ma’ sħabu u mal-partitarji għal din il-mossa, iżda saħaq li kienet ‘esperjenza ta’ nuqqas ta’ apprezzament’.

“Għalija, mhix problema li nirranġa l-affarijiet bħal żewġ adulti,” huwa qal dwar ir-relazzjoni tiegħu ma’ Tedesco.

“Iżda fejn hi t-triq tan-nofs wara ksur ta’ fi­duċja bħal din?”

Minkejja t-tilwima Courtois kien sod li ma kienx qed isejjaħ il-ħin b’mod definittiv fuq il-karriera internazzjonali tiegħu.

“Il-bieb żgur mhux magħluq għalija,” sostna Courtois.

“Madankollu, naf li rrid inżomm l-attenzjoni fuq Real Madrid dan l-istaġun. U l-Kampjonat Ewropew ma jidhirx fil-pjani  għal ritorn perfett.”

Sport