Tuesday, December 24, 2024

Thomas Partey jista’ jibqa’ barra mill-azzjoni għall-kumplament tal-istaġun

Aqra wkoll

Il-manager ta’ Arsenal, Mikel Arteta, ammetta li Thomas Partey jista’ jibqa’ barra mill-azzjoni għall-kumplament tal-istaġun b’injury fil-koxxa.

Il-player internazzjonali tal-Ghana sofra l-injury fit-telfa ta’ 3-0 tat-Tnejn li għadda kontra Crystal Palace f’Selhurst Park, u l-injury muskolari tiegħu ġiet deskritta bħala waħda “sinjifikanti”.

L-aħħar aġġornament mediku ta’ Arsenal afferma li Partey se jiġi evalwat “fil-ġimgħat li ġejjin”, iżda Arteta mhux ċert jekk il-player ta’ 28 sena hux se jerġa’ lura għall-aħħar tmien logħbiet tal-istaġun tal-Gunners.

“Għandu injury sinifikanti, se jkun barra għal xi ġimgħat. Hija żona li kellu injury preċedenti u ħassha mill-ewwel.”

Partey jingħaqad mal-lista ta’ players imweġġgħin tal-Gunners fosthom Kieran Tierney u Takehiro Tomiyasu, bi Tierney issa għadda minn kirurġija b’suċċess rigward l-injury tiegħu fl-irkoppa.

Arsenal naqsu milli jaqbżu lil Tottenham Hotspur lura fir-raba’ post tal-klassifika tal-Premier League fl-aħħar partita iżda jinsabu biss wara r-rivali tagħhom mit- Tramuntana ta’ Londra b’differenza ta’ goals wara li lagħbu logħba inqas minnhom.

Ekonomija

Sport