Il-futur tal-kowċ Thomas Tuchel ma’ Bayern Munich ma tantx jidher li se jdum wisq speċjalment wara l-aħħar riżultati li qed iġib it-tim mill-Bavarja.
Bayern Munich għadhom ġejjin minn telfa kerha kontra Bayer Leverkusen fl-isfida diretta għar-rebħ tal-kampjonat u dan urta mhux ftit diversi membri fi ħdan dan it-tim.
Il-gazzetti Ġermaniżi qed isemmu lil Hansi Flick li jista’ jirritorna jmexxi lit-tim wara l-perjodu li kellu ftit tas-snin ilu.