Thursday, December 26, 2024

Tibda l-avventura tat-timijiet nazzjonali Maltin taż-żgħażagħ fi Bridlington

Aqra wkoll

Bdiet l-avventura tat-timijiet nazzjonali Maltin taż-żgħażagħ fit-tazza tan-nazzjonijiet 2024 li qed isiru fi Bridlington. Fl-azzjoni kien hemm it-timijiet ta’ taħt it-18-il sena u taħt it-23 sena.

It-tim ta’ taħt it-18-il sena lagħab erba’ partiti fejn kiseb żewġ rebħiet filwaqt li tilef iż-żewġ konfronti l-oħra. Fil-fatt wara żewġ telfiet inizjali ta’ 16-9 kontra l-Irlanda ta’ Fuq u 17-8 kontra l-Ingilterra, waslu żewġ rebħiet konsekuttivi kontra l-Iskozja 14-11 u kontra Wales 21-4.

Min-naħa l-oħra, it-tim ta’ taħt it-23 sena lagħab tliet partiti li minnhom rebaħ waħda u tilef tnejn. It-tim immexxi minn Robert Attard tilef 16-9 kontra Wales u 19-6 kontra l-Iskozja għalkemm patta bil-kbir fil-konfront kontra l-Irlanda hekk kif kiseb skor pożittiv ta’ 19-6.

Kien hemm ukoll il-kompetizzjonijiet tad-doubles hekk kif il-koppja Daniel Vella/Deacon Formosa ġew eliminati minn Connor Cannif/Ryan Hamar 3-2. Eventwalment dawn tal-aħħar kellhom jiltaqgħu ma’ koppja oħra Maltija fit-tieni fażi iġifieri Matthew Debono u Liam Mifsud għalkemm din id-darba tilfu 3-1 bil-Maltin jirbħu dan il-konfront. Aktar qabel Debono u Mifsud kienu rebħu d-derby kontra Christian Spiteri u Casdy Vella 3-1 sabiex komplew javvanzaw żewġ rounds.

Kien hemm ukoll konfront ieħor kollu Malti meta Steve Muscat u Nordai Desira għelbu lil Jake Castaldi u Chaylon Castaldi 3-1. Mill-banda l-oħra, Nick Muscat u Denzel Falzon ġew eliminati mill-fażi eliminatorja wara li tilfu 3-1 kontra Dewi Williams u Lydon Hamilton.

Sadanittant il-logħob ikompli llum b’dan il-programm:

9:00 – Wales U18 vs Malta U18

9:00 – Malta U23 vs L-Afrika t’Isfel U23

11:30 – Malta U18 vs L-Iskozja U18

11:30 – Ingilterra U23 vs Malta U23

15:00 – Malta U23 vs Wales U23

15:00 – Ingilterra B U18 vs Malta U18

17:30 – Irlanda ta’ Fuq U18 vs Malta U18

Ekonomija

Sport