Tibqa’ tinżamm arrestata wara li allegatament serqet 20,000 ewro lil anzjana

Aqra wkoll

Mara ta’ 45 sena residenti Għajnsielem baqgħet tinżamm arrestata wara li tressqet il-qorti akkużata li serqet diversi flus lil anzjana.

Jirriżulta li allegatament il-mara kienet tieħu l-karti tal-kreditu lil anzjana u tmur tiġbed il-flus bihom fejn b’kollox skont il-Prosekuzzjoni nsterqu madwar 20,000 ewro.

Il-Prosekuzzjoni spejgat li dan l-allega serq seħħ bejn Jannar u Awwissu ta’ din is-sena.

Hija tressqet b’arrest quddiem il-Maġistrat Jean Paul Grech fejn l-akkużat wieġbet mhux ħatja tal-akkużi kontriha.

Id-difiża qalet li f’dan l-istadju ma kientx se titlob għall-ħelsien mill-arrest u għalhekk il-Qorti ordnat li tibqa’ tinżamm arrestata fil-faċilità korrettiva ta’ Kordin.

Id-difiża tmexxiet mill-Avukat Daniel Calejja, avukat tal-Għajnuna legali filwaqt li l-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Josef Gauci.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport