Tuesday, December 24, 2024

Tifel bl-epilessija u tifla li fieqet mill-lewkimja se jilqgħu lill-Papa f’pajjiżna

Aqra wkoll

Iċ-Chairman tal-Kumitat Organizzattiv Aaron Zahra tkellem dwar diversi laqgħat li se jkollu l-Qdusija Tiegħu l-Papa Franġisku f’pajjiżna u waqt li kien qed jitkellem fuq l-istazzjon nazzjonali, huwa ħabbar laqgħa speċjali.

Qal il jaħseb li l-isbaħ laqgħa li se jkollu l-Papa Franġisku hija ta’ żewġt itfal li se jkunu qed jilqgħuh hekk kif illum huwa se jkun qed imiss l-art tal-gżira tagħna.

It-tifel huwa Sam Pisani Bonello li għandu 8 snin u li erba’ snin ilu beda jbati mill-epilessija.

Flimkien miegħu se jkun hemm tifla ta’ sitt snin bl-isem ta’ Amy Lyons li kienet pazjenta ta’ Dr Victor Calvagna. Amy kienet tbati mill-marda tal-lewkimja iżda fortunatament hija fieqet minn din il-marda

Ekonomija

Sport