Tuesday, December 24, 2024

Tifel ta’ 11-il sena jsir is-sitt vittma wara t-traġedja tal-bouncy castle fl-Awstralja

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-vittmi wara t-traġedja deskritta bħala waħda terribbli li seħħet fl-aħħar jiem ġewwa l-Awstralja issa telgħu għal sitta.

Sfortunatament fl-aħħar sigħat tħabbar li Chace Harrison, tifel ta’ 11-il sena, miet wara dan l-inċident traġiku hekk kif it-tfal waqgħu għoli ta’ madwar 10 metri wara li bouncy castle tar bir-riħ fl-iskola primarja ta’ Devonport f’Tasmania.

Jumejn ilu ġew identifikati l-ħames vittmi l-oħra li huma Addison Stewart ta’ 11-il sena, u Zane Mellor, Jye Sheehan, Jalailah Jayne-Maree Jones u Peter Dodt ilkoll ta’ 12-il sena.

Għad hemm żewġt itfal oħra li jinsabu f’qagħda kritika.

Il-Pulizija qalet li għadu kmieni wisq biex tgħid meta se jlestu l-investigazzjoni dwar il-kawża tal-inċident u jeħtieġ li jirrispettaw lill-familji u lill-komunità tal-iskola.

“Ma rridux ngħaġġlu, imma nifhmu wkoll li l-komunità trid ir-risposti,” qal il-Kummissarju tal-Pulizija ta’ Tasmania Darren Hine.

Ekonomija

Sport