Saturday, November 23, 2024

Tifel ta’ 5 snin jieħu l-karozza t’ommu biex imur jixtri lamborghini bi $3 fil-bwiet

Aqra wkoll

It-tfal mhux kollha l-istess, xi tfal iwaqqgħu xi affarijiet fl-art u jinkorlaw lill-ġenituri u oħrajn ikunu aktar avventurużi minn hekk. Tifel bl-isem ta’ Adrian iddeċieda li jieħu l-karozza tal-familja u kien imwaqqaf mill-pulizija ta’ Utah. Huwa kien imwaqqaf minn uffiċjal wara li ntlemaħ iserrep bejn il-karreġġjati b’veloċità ta’ madwar 50 Kilometru fis-siegħa. L-uffiċjal ordna li jitwaqqaf it-traffiku u safa maħsud b’dak li sab fil-post tas-sewwieq. It-tifel qallu li kien fi triqtu biex jixtri Lamborghini.

It-tifel spjega lill-uffiċjal li huwa kien telaq mid-dar wara argument ma’ ommu li rrifjutat li tixtrilu din il-karozza lussuża li l-irħas mudell tagħha jiswa aktar minn $180,000. Kien għalhekk li ddeċieda li jaqbad il-karozza u jitlaq lejn Kalifornja biex jixtri waħda hu stess. Il-Pulizija qal li jiddubita kemm dan kien possibbli hekk kif fil-bwiet kellu biss $3.

L-uffiċjal qal li sab lit-tifel fix xifer tas-seat jiġġebbed biex ilaħħaq mal-pedali u jidher li b’din l-istrateġija rnexxielu jsuq għal madwar ħames minuti. Fortunatament ħadd ma ndarab f’dan il-każ u l-prosekuturi se jkunu qed jiddeċiedu jekk għandhomx jakkużaw lill-ġenituri b’rabta ma’ dan il-każ.

Sport