Sunday, May 5, 2024

Tifel ta’ seba’ snin l-isptar wara li waqa’ f’bir f’Ħaż-Żabbar

Aqra wkoll

Tifel ta’ seba’ snin iddaħħal l-isptar wara li għall-ħabta tal-5:30 p.m. waqa’ f’bir fir-residenza tiegħu stess fi Triq il-Kappuċini, f’Ħaż-Żabbar.

Fuq il-post ssejħu l-pumpiera fi ħdan id-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili li salvaw it-tifel kif ukoll tim Tim mediku ta l-assistenza tiegħu lit-tifel sakemm seta’ jittieħed l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post.

Kelliem għall-Pulizija qal ma’ dan is-sit li għalkemm il-kundizzjoni tat-tifel għadha mhux magħrufa, madanakollu t-tifel beda jkellimhom u ma kienx mitluf minn sensih.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta ma’ dan il-każ għadhom għaddejjin.

Sport