Wednesday, April 24, 2024

Tifħir għal Pulizija li deher jakkompanja raġel nieqes mid-dawl f’Raħal Ġdid

Aqra wkoll

F’dawn iż-żminijiet tal-pandemija forsi qed jiġu apprezzati aktar l-uffiċjali li qed jitqiesu bħala front liners f’din il-ġlieda kontra “għadu inviżibbli”.

Minkejja dan ħafna huma konxji tal-ħidma kontinwa tal-uffiċjali tal-pulizija li dejjem kienu hemm għall-pubbliku anke jekk bl-azzjonijiet tagħhom jaqbżu l-limitu, jirriskjaw ħajjithom jew il-karriera, u dan kollu biex jaraw lil ħaddieħor jingħata ċans ieħor biex jgħix.

Fl-aħħar sigħat beda jiċċirkola fuq il-midja dan ir-ritratt ta’ uffiċjal f’Raħal Ġdid li deher jgħin persuna li tbati mid-dawl u kif jidher ċar għażel li jakkompanjah biex itaffi ftit mill-uġigħ li persuna simili tista’ tħoss meta ma jsibx min joffrilu l-id tal-ħbiberija.

Sport