Thursday, December 26, 2024

Tifkiriet u avventuri li jħallu marka fuq l-istudenti u l-għalliema

...Il-Kap tal-Iskola Lelio Spiteri

Nirayl Grech
Nirayl Grech
Ġurnalista

Aqra wkoll

F’messaġġ li tella’ fuq il-midja soċjali Lelio Spiteri, Kap tal-Iskola “The Happy School” tar-Rabat Għawdex kiteb li huwa sabiħ immens li l-iskola torganizza attivitajiet lit-tfal barra mill-ambjent tal-iskola.

Is-Surmast Spiteri irrimarka li minkejja li hija possibli, kultant għall-iskola tkun xi ftit diffiċli, minħabba l-fatt li l-iskola jkollha ħafna affarijiet għaddejjin u l-maġġorparti tal-istaff ikun b’nifsu maqtugħ biex ilaħħaq mal-kurrikulu.

Fl-istess messaġġ, Spiteri kiteb; “Imma meta madwarek ikollok edukaturi li jemmnu, li lesti jmorru lil hinn minn dak mitlub minnhom, li jaqsmu miegħek l-istess viżjoni, allura iva flimkien kapaċi nagħmlu kollox”.

Temm jgħid li l-iskola bħalissa qed tagħmel esperjenza mal-istudenti tas-sitt sena, liema se jibqgħu ta’ tifkira kemm għall-istudenti u kif ukoll għall-għalliema. Huwa rringrazzja lil ġenituri ta’ kemm huma ta’ spalla, sostenn u kuraġġ

Ekonomija

Sport