Tifla ta’ sentejn f’Kansas, l-Amerka, inqatlet minn uffiċjal tal-pulizija — li kien qed jassisti mara li kienet miżmuma kontra r-rieda tagħha — wara li ntlaqtet minn sparatura.
Il-każ seħħ f’caravan, fejn mara ta’ 27 sena talbet għall-għajnuna u meta waslu l-pulizija fuq il-post l-għarus tagħha sabbtilhom il-bieb f’wiċċhom. Binthom Clesslynn fetħet il-bieb u l-omm irnexxielha taħrab, però mbagħad missier it-tifla, Eli Crawford, spara lit-tfajla tiegħu, Taylor Shutte, u qatilha. Skont xi investigaturi, Shutte ngħatat diversi tiri qabel ma nqatlet.
It-tifla reġgħet daħlet lura fil-caravan filwaqt li l-missier infexx jispara fuq il-pulizija. Meta kienu affaċċjati b’din is-sitwazzjoni, il-pulizija li kien hemm fuq il-post talbu għal iktar għajnuna mit-tim tagħhom. Meta waslu iżjed uffiċjali, il-pulzija kienu f’pożizzjoni aħjar biex jegħlbu l-isparar.
Eventwalment, il-pulizija sabu żewġ katavri fil-karavan: lil Clesslyn u lil missierha. L-uffiċjal li jinsab akkużat bil-qtil tat-tifla, bħalissa jinsab sospiż.