Wednesday, December 25, 2024

Tifla bid-Down Syndrome tintagħżel biex timmudella għal bosta ditti kbar

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Tifla ta’ ħames snin bid-Down Syndrome żgur u mhux forsi li qed tibgħat messaġġ ċar favur id-diversità u li wieħed m’għandu qatt jaħseb li mhux kapaċi biex jilħaq tragwardi importanti fil-ħajja.

Dan hekk kif din it-tifla minn Leeds li jisimha Grace Castle bdiet timmudella għal bosta ditti kbar inkluż River Island.

Ommha Linda Castle, li għandha 44 sena, tistqar li hija tassew kburija bit-tifla tagħha. 

Grace bdiet timmudella biss sentejn ilu iżda diġà għamlet isem għaliha nfisha, bil-pożi u l-personalità ferriħija tagħha u qalet li tinsab tassew  ferħana li l-kumpaniji issa qed jaħdmu biex jinkoraġġixxu d-diversità u l-inklussività fir-reklamar tagħhom.

“Ninsab kburija ħafna li nara nies differenti jibdew ikunu rappreżentati u naħseb li l-midja qed tagħmel pass kbir. Għad fadal triq twila biex nibdlu dak li aħna nipperċepixxu bħala ‘normali’ iżda huwa xi ħaġa sabiħa u inkoraġġanti ferm li naraw id-ditti jsiru aktar reali fl-approċċ tagħhom.”

S’issa, iċ-ċkejkna Grace immudellat għall-marki tal-ħwejjeġ l-aktar magħrufa fir-Renju Unit, inklużi JD Sports u River Island, u mmudellat ukoll fir-reklam bħal CBeebies u Children in Need.

Hija twieldet bid-Down Syndrome iżda ntqal li ma taffaċċjax l-ebda kumplikazzjonijiet kbar tas-saħħa minbarra toqba żgħira f’qalbha.

Ommha tirrakkonta kif meta twieldet, il-ħaddiema tal-isptar kellhom reazzjoni daqsxejn imħallta bħalma jagħmlu xi nies meta twelled tarbija b’diżabbiltà imma għalija tgħid li tassew kien wieħed mill-aktar jiem ta’ ferħ f’ħajjithom.

Ekonomija

Sport