Saturday, December 21, 2024

Tifla bl-awtiżmu taqta’ xagħarha biex ikunu jistgħu jsiru parrokki għal tfal bil-kanċer

Aqra wkoll

Lexie Warwick-Oliver, tifla ta’ 10 snin bl-awtiżmu u li toqgħod f’Cleckheaton, fir-Renju Unit ssorprendiet lil kulħadd nhar is-Sbt li għadda. Dan hekk kif, għat-tieni darba qatgħet xagħarha biex isiru parrokki għat-tfal bil-kanċer.

F’kumment lill-midja, hija qalet li tinsab kburija mmenx biha nnifisha. Spjegat li għal bidu ħassitha daqsxejn nervuża. Ġie rrapurtat li Lexie għandha l-awtiżmu u l-ADHD u li dawn jagħmlulha ħajjiitha diffiċli speċjalment meta tiġi biex tieħu deċiżjoni bħal taqta’ xagħarha.

Jess Warwick- Oliver, omm it-tifla qalet li kien proċess diffiċli biex Lexie tħalli lil xi ħadd imissha minħabba l-kundizzjoni. Qalet li minkejja li tħabtet ftit mhux ħażin biex ix-xagħar inqata’, it-tnejn li huma kienu sodisfatti.

Il-post fejn marret taqta’ xagħarha t-tifla offrewla prodotti tax-xagħar minħabba l-fatt li ftit huma dawk it-tfal li jkollhom kuraġġ biżżejjed li jaqtgħu xagħarhom kif għamlet Lexie.

Lura għall-2021, hija kienet 16-il pulzier mnn xagħarha għall-karità, kif ukoll ġabret £500 biex tgħin lill-tifla ta’ ħabiba tal-familja li kellha lewkimja.

Ekonomija

Sport