Wednesday, December 25, 2024

Tifla fil-periklu tal-mewt u raġel bi ġrieħi gravi f’żewġ inċidenti separati tat-traffiku

Aqra wkoll

Żewġ persuni ddaħħlu l-isptar wara li kienu involuti f’inċidenti separati tat-
traffiku lbieraħ filgħaxija.

L-ewwel inċident seħħ għall-ħabta tas-7:00 p.m. fil-limiti ta’ Aħrax tal-Mellieħa. Minn investigazzjoni illi saret, jirriżulta li tifla ta’ 14-il sena kienet qiegħda ssuq rota, tilfet ilkontroll u waqgħet.

Intant it-tieni inċident seħħ għall-ħabta tad-9:15 p.m., fi Triq il-Parsott,
fil-Mosta. Minn investigazzjoni illi saret irriżulta li raġel ta’ 22 sena residenti Birkirkara, tilef il-kontroll tal-BMW li kien qiegħed isuq u kellu impatt ma’ propjetà privata. Fil-vettura kien hemm ukoll tfajla ta’ 18-il sena residenti l-Gżira.

Tim mediku ta l-assistenza tiegħu liż-żewġ persuni sakemm setgħtu jittieħdu l-Isptar Mater Dei għal aktar kura permezz ta’ ambulanza li ssejħet fil-post.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta maż-żewġ każijiet għadhom għaddejjin.

Ekonomija

Sport