Thursday, December 19, 2024

Tifla Ingliża mgħajra “ħanżira u lesbjana” għax tħobb il-futbol

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Il-fenomenu tal-bullying sfortunatament huwa pjaga madwar id-dinja kollha u lkoll kemm aħna nafu l-effetti ħżiena li dan jista’ jikkaġuna.

Fl-aħħar sigħat omm minn Sheffield fl-Ingilterra qasmet ir-realtà xokkanti li għaddiet minnha t-tifla tagħha ta’ seba’ snin.

Sfortunatament it-tifla Freya Taylor spiċċat fil-mira tal-bullying u ġiet mgħajra diversi aġġettivi koroh fosthom ħażira u lesbjana sempliċement għax tħobb il-futbol.

Jidher li dawn il-każijiet mhumiex iżolati tant li ommha Amy Greaves qalet li t-tifla tagħha ilha fil-mira ta’ dawn it-tip ta’ kummenti onlajn mindu bdiet tilgħab il-futbol fl-2020.

Ommha tkelmet ma’ ‘Yorkshire Live’ fejn qalet li anke rġiel u nisa adulti għaddew dawn it-tip ta’ kummenti dwar il-passatemp ta’ bintha waqt li t-tnejn li huma jkunu barra fil-pubbliku.

Fuq twitter hija qalet “Nobgħod dawk kollha li jagħmlu bullying. Binti ta’ seba’ snin tiġi mgħajra lesbjana u anke ħanżira talli tilgħab il-futboll u tappoġġja lil Sheffield United. Inweġġa’ ħafna għaliha u qalbi tkun trid bħal donnu tinkiser iżda dawn il-bullies mhux se jirbħu.” 

Dan il-messaġġ intlaqa’ tajjeb ħafna tant li rċeviet għexieren ta’ messaġġi ta’ appoġġ, inkluż wieħed mill-maniġer attwali ta’ Sheffield United FC, Paul Heckingbottom.

Huwa qal: “Jiddispjaċini dak li qed nisma’ dwar bintek. Minn naħa tiegħu tista’ tgħidilha kemm hu importanti li tkompli tilgħab il-futbol bħalma tagħmel binti stess u grazzi kbira tal-appoġġ tagħha.”

Bosta sportivi oħra ngħaqdu biex juru s-sapport tagħhom lejn din it-tifla u qalu: “Flimkien, nistgħu nuru li l-futbol huwa għal kulħadd.”

Ekonomija

Sport