Sunday, November 10, 2024

Tifla ta’ 12-il sena fost l-vittmi ta’ terremot qawwi fil-Kroazja

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Terremot b’saħħa ta’ madwar 6.4 fuq l-iskala richter li laqat il-Kroazja kkawża ħsara kbira fuq diversi bini fil-belt ta’ Petrinja. 

Skont l-ewwel indikazzjonijiet jidher li t-terremot ħasad il-ħajja ta’ tifla ta’ 12-il sena u qered madwar nofs ir-raħal f’dik li qiegħda tkun deskritta bħala xena ta’ gwerra.

It-terremot inħass fil-kapitali Kroata kif ukoll pajjiżi li jmissu mal-pajjiż milqut u saħansitra pajjiżi ewropej bħalma huwa l-Italja.

Is-Sindku ta’ Petrinja Darinko Dumbovic fl-ewwel kummenti tiegħu qal li hemm xena ta’ paniku kbir u li tant hi xena makabra li hija xi ħaġa diffiċli biex tirrinkonoxxi bejn dawk midrubin u dawk li tilfu ħajjithom.

Sport