Friday, December 13, 2024

Tifla ta’ seba’ snin ħielsa mill-kanċer wara li kienet ingħatat biss 30% ċans li tibqa’ ħajja

Maria Azzopardi
Maria Azzopardi
Ġurnalista

Aqra wkoll

Storja internazzjonali li spikkat fl-aħħar jiem kienet dik ta’ tifla li wara li fl-età tenera ta’ 18-il xahar kienet ġiet dijanjostikata bil-kanċer, issa li għandha seba’ snin ingħatat l-aħbar mill-isbaħ li hija ħielsa mill-kanċer.

Il-kuraġġuża Breya Ward minn Colchester, Essex, ġiet iddijanjostikata b’newroblastoma meta kien għad kellha biss ftit xhur u bla ebda dubjuu kienet aħbar li inkwetat ħafna lil ommha Holly Robinson u lil missierha Ollie Ward.

Wara li rċevew id-dijanjosi diffiċli, rapporti qalu li l-ġenituri ta’ Breya u l-komunità lokali tagħha ġabru £250,000 sabiex hi setgħet tieħu trattament importanti barra mill-pajjiż.

Tliet snin ilu, iċ-ċkejkna Breya marret f’dik li tissejjaħ remissjoni – iżda t-tobba xorta waħda wissew lill-ġenituri tagħha li minħabba s-severità tal-kanċer li kienet iġġieldet fl-aħħar xhur,  Breya kellha biss ċans ta’ 30% li tibqa’ ħajja fil-futur, jiġifieri l-familja xorta waħda kienet qed tgħix minn jum għal jum u ma kienet kawta dwar il-futur.

Madankollu, b’xorti t-tajba kollox inbidel ftit tal-jiem ilu meta Holly u Ollie rċevew aħbar mill-isbaħ – Breya kienet kompletament ħielsa mill-kanċer.

Ommha Holly, li għandha 33 sena rrikonoxxiet il-fatt li bħala omm, u familja, dak li għaddew minnu ma jistax jiġi mfisser fi kliem iżda meta tħares lejn dak kollu li kellhom jgħaddu minnu tirrealizza kemm kibret bħala persuna. Żiedet tgħid li bintha għallmitha li litteralment kollox huwa possibbli.

Ekonomija

Sport