Fit-terremot li nħass sew ukoll fis-Sirja fejn għadd ta’ bini ġġarraf, tifla żgħira ġiet salvata minn membri tas-salvataġġ wara li nħarġet minn taħt it-tifrik tad-dar tal-ġenituri tagħha.
It-tifla nħarġet mit-terrapien f’Azaz, wara li terremot devastanti heżżeż lis-Sirja u t-Turkija u ħalla għexieren ta’ mijiet ta’ nies mejta.
It-terremot ta’ qawwa 7.8 fuq l-Iskala Richter seħħ fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu waqt li n-nies kienu reqdin. Għexieren ta’ xokkijiet baqgħu jinħassu fis-sigħat ta’ wara.