Sunday, December 22, 2024

Tikber it-tensjoni bejn Mbappe u Neymar

Aqra wkoll

Il-club ta’ Paris St Germain talab għal-laqgħa urġenti bejn iż-żewġ players, Kylian Mbappe u Neymar, hekk kif teżisti tensjoni kbira bejniethom, tant, li mhumiex jitkellmu.

Din il-ġlieda bejniethom bdiet fi tmiem l-istaġun li għadda meta Mbappe talab ħafna kundizzjonijet biex jiffirma kuntratt ġdid u ma jingħaqad ma’ Real Madrid. Waħda minn dawn il-kundizzjonijiet kienet li Neymar jinbiegħ.

Aktar minn hekk, ir-relazzjoni ta’ bejniethom bdiet teħżien mal-wasla ta’ Lionel Messi mingħand Barcelona. Dan minħabba li Messi aktar huwa ħabib ta’ Neymar li kien ukoll jilgħab mal-Katalani.

It-tensjoni laħqet il-qofol tagħha wara li l-coach il-ġdid, Christophe Galtier, ħa r-responsabbiltá tal-għoti tal-penalites mingħand Neymar u għaddiha lil Mbappe … bl-ewwel penalty tiegħu jiġi milqugħ mill-goalkeeper ta’ Montpellier fir-rebħa ta’ 5-2, nhar is-Sibt li għadda.

Ġara li fl-istess logħba l-Pariġini ngħataw penalty ieħor. Iżda din id-darba kien mogħti minn Neymar minħabba li huwa stess issostitwixxa lil Mbappe …. u skorja.

Matul is-sigħat li għaddew Mbappe ġie kkritikat bl-aħrax minn eluf ta’ partitarji wara li fil-logħba kontra Montpellier huwa litteralment waqaf jiġri b’suppervja hekk kif f’kontrattakk veloċi, Vitinha għażel li jqassam il-ballun lil Messi.

Min-naħa tal-coach, Galtier, dan qed ifittex li jnissel l-armonija fost l-iskwadra tiegħu.

Ekonomija

Sport