Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmijin prodotti m’għandhomx jiġu kkunsmati minħabba li potenzjalment huma kkontaminati bil-mikrobu Listeria monocytogenes.
Il-prodott huwa ġobon cheddar tad-ditta Cahill’s Ireland.
Togħmiet: Cahill’s Ireland Original Irish Porter; Cahill’s Ireland Original; Irish Cream Lique; Cahill’s Ireland Red Wine; Cahill’s Ireland Wild berries & Vodka; Cahill’s Ireland Original Irish Whiskey
Tip: Kull tip (blokok, roti u biċċiet)
Lott: 21109 sa 21141 (it-tnejn inklużi)