Saturday, December 21, 2024

Tikkunsmax dan il-prodott minħabba l-possibilità ta’ preżenza ta’ moffa bejn folja u oħra

Aqra wkoll

Skont l-Att dwar is-Sigurtà fl-Ikel u r-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru. 178 tal-2002, id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fi ħdan is-Sovrintendenza tas-Saħħa Pubblika, jixtieq jinforma lill-pubbliku, li wara informazzjoni li rċieva permezz tas-Sistema Rapida tal-Ikel u l-Għalf, l-imsemmi prodott m’għandux jiġi kkunsmat minħabba l-possibilita` ta’ preżenza ta’ moffa bejn folja u oħra fl-istess prodott.    

Deskrizzjoni tal-prodott: Piadina Wraps, Gluten free (pakkett ta’ 6 folji)
Ditta: TerraSana Użin: 130g
Dati tad-durabbilità: 26/04/2020, 14/06/2020, 28/06/2020
Oriġini: Italja
Lottijiet affettwati: THT 26-4-2020, THT 14-6-2020, THT 28-6-2020  

Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat imejl fuq [email protected]. Il-pubbliku huwa ġentilment mitlub ukoll iżur is-sit uffiċjali tad-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali fuq https://deputyprimeminister.gov.mt/en/environmental/Pages/Home-Page.aspx għal informazzjoni simili.

Ekonomija

Sport