TikTok qed qed jaħdem biex iniżżel filmat ta’ raġel li deher jagħmel suwiċidju f’wieħed mill-filmati li ilu jinxtered għal dawn l-aħħar ġranet.
Il-filmat ixxandar oriġinarjament fuq Facebook sakemm aktar tard inxtered ukoll fuq Twitter u Instagram.
TikTok huwa ferm popolari fost iż-żgħażagħ u ħafna kienu dawk li kkonfermaw li telagħlhom dan il-filmat huma u jqallbu u spiċċaw trawmatizzati bil-kontenut.
L-app kkonfermat ukoll li se tkun qiegħda tipprojbixxi l-aċċess għal dawk li ripetutament ixerrdu dawn il-filmat li skont ma qalet l-istess app, investiet f’teknoloġija li tinterċetta tali filmati.