Thursday, March 28, 2024

23 każ ġdid … Ifiqu 39 persuna

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Fl-aħħar 24 siegħa saru 1,364 swab test li minnhom kien hemm 23 persuna li rriżultaw pożittivi.

Kien hemm 39 persuna li fiequ u b’hekk il-każi attivi niżlu għal 356 każ.

Skont l-informazzjoni maħruġa b’rabta ma’ dawn il-każi ġodda jidher li tlieta huma membri tal-familja ta’ każi kkonfermati fl-aħħar jiem, tnejn huma kollegi fuq il-post tax-xogħol, tnejn kellhom kuntatt dirett ma’ każi preċedenyi u żewġ każi minn cluster ta’ kompetizzjoni tal-body building.

https://www.facebook.com/sahhagovmt/posts/200830834968801
Ekonomija

Sport