Wednesday, April 24, 2024

115-il tabib ġdid fis-servizz tas-saħħa

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Mija u ħmistax-il tabib li ggradwaw mill-Università ta’ Malta din is-sena bdew joffru s-servizzi tagħhom fis-sistema tas-saħħa pubblika.

Id-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne ltaqa’ m’uħud minn dawn it-tobba ġodda fl-Isptar Mater Dei fejn awguralhom għas-suċċess tagħhom wara snin ta’ studju u sagrifiċċji. Huwa aċċenna dwar l-importanza li t-tobba jkomplu bl-istudji u jispeċjalizzaw sabiex ikomplu joffru l-aqwa servizz lill-pażjenti.

“Is-sistema tas-saħħa tagħna hija fost l-aqwa fl-Ewropa grazzi għall-entuzjazmu tal-professjonisti tagħna, u għandna nkunu kburin bihom”, tenna d-Deputat Prim Ministru.

Mill-2018 ’l hawn ingħaqdu ’l fuq minn 350 tabib ġdid fis-servizz tas-saħħa pubblika.

Sport