Fil-Ġimgħa l-Kbira Denise se tkun qiegħda tissapportja lil Puttinu anke jekk fl-aħħar snin kellha tesperjenza diversi sfidi.
Denise tilfet lil binha u sentejn wara ngħatat l-aħbar li ma kinitx qiegħda tistenna. Denise kien feġġilha kanċer u għadha għaddejja bil-kura biex tkun tista’ tibqa’ tiġġilidlu.
Minkejja dan l-ħlewwa, l-imħabba u l-pożittività li titrażmetti din il-mara huma xi ħaġa indeskrivibbli. Filwaqt li tibqa’ tgħożż il-memorja ta’ binha, Denise tgħallimna ħafna bil-valuri sbieħ li tħaddan.