Thursday, December 26, 2024

Timijiet Maltin tal-Polo f’esperjenza unika fi Spanja

Aqra wkoll

Il-Malta Polo Club b’kollaborazzjoni ma’ EquestriMalta organizzat tournament barra minn xtutna fejn fih plejers minn timijiet lokali ta’ Valletta, Birgu, Mdina u Żejtun ingħaqdu ma’ oħrajn professjonali sabiex setgħu jesperjenzaw aħjar livell għoli ta’ polo.

Valletta kienu ffurmati minn Karl Galea, Jean Vella, Julian Mamo u Piti Iturrioz filwaqt li Mdina kellhom lil Eric Aronowicz, Martin Arrigo, Chris Delia u Luciano Irazábal.

It-tim taż-Żejtun kellu lil Daniel A. Gariador, Greg Gera, Matthew Grech u Jeremy Besancon filwaqt li Matthew Borg, Fausto Otharan, Desmond Mizzi u Marcos Carnero iffurmaw it-tim tal-Birgu.

Kien hemm ukoll il-parteċipazzjoni ta’ żewġ timijiet femminili EquestriMalta u Veuve Cliquot li wkoll kellhom iċ-ċans kellhom esperjenzaw il-faċilitajiet eċċellenti tal-korsa ta’ Sotogrande fi Spanja.

EquestriMalta kellhom lil Bex Gera, Petra Vella, Kim Besancon u Alicia Gariador filwaqt li Sophie Busuttil, Virginia Arias, Ella Rose Parker u Emma Aquilina kienu fit-tim ta’ Veuve Cliquot.

Fil-kategorija tal-irġiel kienu Valletta li ħarġu rebbieħa wara li ġabu l-aktar punti filwaqt li f’dik tan-nisa EquestriMalta ħarġu rebbieħa.

Ekonomija

Sport