Thursday, April 10, 2025

Timmy Thomas … ta’ 39 sena itemm bħala l-aqwa skorer tan-National Amateur League 2 bi 19-il gowl

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat

Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-futbol?

Minn meta kont żgħir dejjem kont inħobb il-futbol. Kelli lil ħija l-kbir jilgħab u dejjem issapportjani. Bdejt nilgħab ta’ tmien snin man-nursery ta’ Hibernians FC. 

Iddeskrivi l-esperjenza preżenti tiegħek ma’ Kalkara United FC.

Hija esperjenza tajba ħafna. Diġá kont lgħabt magħhom fl-istaġun 2017-2018. Fl-ewwel sena konna rbaħna l-kampjonat bla telfa … dejjem rajt rispett mill-klabb.

X’tikkummenta fuq il-fatt li ta’ 39 sena spiċċajt bħala l-aqwa skorer tan-National Amateur League 2 bi 19-il gowl?

Ferħan ħafna! Kienet iebsa aktar għax iż-żmien hemm qiegħed u r-‘recovery’ ta’ wara kienet qed tkun aktar iebsa. 

X’tikkummenta fuq dan l-istaġun li għadu kif intemm għal Kalkara United FC?

Kien staġun iebes iżda konna tim tajjeb u magħqud u rnexxielna naslu sal-play-offs. 

Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fil-futbol?

‘Il quddiem j’Alla nibqa’ b’saħħti ħalli nkompli nilgħab.

Għaddi messaġġ finali lil min jixtieq jagħmel karriera ta’ suċċess fil-futbol.

Li jemmnu fihom infushom u li dejjem iridu jibqgħu jirsistu u ma’ jaqtgħu qalbhom qatt! 

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport