“Tingħalaqx ġewwa fik. Tkellem. Fittex l-għajnuna. Dejjem hemm tama”

- Jikteb kanzunetta bl-isem ta’ ‘Il-Bieb Magħluq’ … kanzunetta bbażata fuq l-affarijiet li għadda minnhom

Aqra wkoll

Josef Grech ppubblika diska li ġġib l-isem ta’ ‘Il-Bieb Magħluq’, kanzunetta li nkitbet minn esperjenza vera li għex hu stess madwar ħames snin ilu. Huwa spjega li dan kien żmien diffiċli ħafna, fejn għamel l-iżbalji tiegħu u ammettihom, iżda flok sab lil min jgħinu jqum, sab aktar min ikissiru. 

F’messaġġ li bagħat lil dan is-sit, huwa qalilna; “Meta ftaħt qalbi, minflok smajt kliem ta’ kuraġġ, ġejt umiljat u mwarrab. Kien hemm min qal lil oħrajn biex ma jafdawnix u lanqas ikellmuni. Wasalt f’punt fejn il-biża’ kienet ħakmitni. Bilkemm kont noħroġ mid-dar. Kont nipprova nevita lin-nies u nżomm kollox magħluq ġewwa fija”

Grech spjega li din il-kanzunetta li kiteb, kienet l-uniku post fejn seta’ iħalli r-rabja, l-uġigħ u d-dmugħ tiegħu. Qal ukoll li għal ħafna żmien żamm l-istess diska moħbija u beża’ joħroġha. Żied jgħid li beża’ minn dak li jistgħu jgħidu n-nies. 

Huwa tenna billi rringrazzja lil dawk il-ftit ħbieb veri li baqgħu miegħu, emmnu fihu tawh s-saħħa biex jerġa’ nqum. Qal li dan għalih kienu Intom d-dawl tiegħu meta kien fid-dlam.

Intant l-appell li xtaq iwassal minn din il-kazunetta li kiteb huwa; “Tingħalaqx ġewwa fik. Tkellem. Fittex l-għajnuna. Dejjem hemm tama, anke meta jidher li l-bieb kollu magħluq. Xi darba jinfetaħ beraħ”.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here

Sport