Friday, November 13, 2026
Home Sport Tingħata bidu għall-MGA Shield 2026 tal-Golf

Tingħata bidu għall-MGA Shield 2026 tal-Golf

0
25

Fi tmiem din il-ġimgħa, ir-Royal Malta Golf Club se jkun qed jospita l-MGA Shield 2026, kompetizzjoni importanti fil-kalendarju tal-golf lokali li mistennija tattira numru sabiħ ta’ parteċipanti.

It-turnew se jintlagħab fuq format Individual Stableford, b’100% handicap, fejn il-parteċipanti se jkollhom l-opportunità juru l-ħiliet tagħhom f’atmosfera kompetittiva u sportiva.

L-irġiel se jilagħbu mill-yellow tees, b’handicap massimu ta’ 36, filwaqt li n-nisa se jikkompetu mill-blue tees, b’handicap massimu ta’ 48.

B’kollox se jingħataw 17-il premju, li jinkludu unuri għall-prestazzjonijiet individwali tal-ewwel u t-tieni ġurnata, kif ukoll għall-klassifika kumplessiva.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here